​Jinstab materjal tal-bombi fid-dar tas-suspettat ta’ Dallas

Munizzjon flimkien ma’ materjal li jintuża biex isiru l-bombi nstabu fid-dar ta’ wieħed mis-suspettati ewlenin tal-isparar f’Dallas fl-Istati Uniti.
Ħames uffiċjali tal-pulizija nqatlu u seba’ oħra ndarbu l-Ħamis li għadda waqt protesta kontra l-vjolenza mill-pulizija fil-konfront ta’ persuni ta’ karnaġġjon skura.
Is-suspettat ewlieni huwa Micah Johnson ta’ 25 sena, li miet wara ġlieda mal-pulizija.
Is-sindku ta’ Dallas f’konferenza tal-aħbarijiet qal li jemmen li issa l-belt hija sigura.
Ikkonferma wkoll rapporti fil-mezzi tax-xandir li s-suspettat, li huwa veteran tal-armata, kien il-persuna li nqatel f’parkeġġ tal-karozzi permezz ta’ splussivi.