Jinstab mal-art bid-demm ħiereġ minn ħalqu

Tilef ħajtu r-raġel li nhar it-Tnejn li għadda nstab mitluf minn sensih, mal-art f’dar fil-Ħamrun.
Il-Libjan instab bid-demm ħiereġ minn ħalqu għall-ħabta tad-8.45am fi Triq il-Kappillan Mifsud.  Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn qatta' tlett ijiem jissielet għal ħajtu.
Jidher li r-raġel sofra ammont ta’ ġrieħi permezz ta’ oġġett iebes. Kellu wkoll xi feriti li saru permezz ta’ oġġett li jaqta’ u bil-ponta.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġew arrestati żewġ persuni b'rabta mal-każ.
Is-suspettati mistennija jitressqu l-Qorti għada.