Jinstab li l-Primodos ikkawża ħsara fuq nisa tqal u tfal

Riċerka sabet li mijiet ta’ familji sofrew “ħsara kbira” mill-Primodos, li qajmet l-ewwel tħassib fl-1967 u tneħħiet mis-suq. 

Primodos kienet mediċina użata minn aktar minn miljun mara bħala test orali tat-tqala fis-snin 1960 u 1970. Hija wasslet għal kampanja twila ta’ għexieren ta’ snin minn ġenituri u tfal li jgħidu li kkawżat difetti fit-twelid.

Fl-2017, Sky News żvela kif inqerdu dokumenti u nżammet informazzjoni dwar il-mediċina li setgħet deformat u qatlet trabi fil-ġuf.

Ir-reviżjoni sabet ukoll li l-konċentrazzjoni tal-mediċina kienet għolja ħafna, anke f’termini tal-lum – doża waħda ta’ Primodos ekwivalenti għal 40 pillola ta’ kontraċettiva orali.

Riċerka dak iż-żmien issuġġeriet li jista’ jkun hemm assoċjazzjoni bejn il-mediċina u kawżi ta’ korrimenti, trabi li jitwieldu b’idejn u saqajn qosra, anormalitajiet fl-organi interni tagħhom, ħsara fil-moħħ u difetti fil-qalb.