Jinstab li kien fil-pussess ta’ 9kg kannabis; jinħeles mill-arrest

Read in English.

Raġel li kien arrestat wara li nstab li kien fil-pussess ta’ disa’ kilogrammi ta’ kannabis ingħata l-ħelsien proviżorju mill-arrest.

Ir-raġel li għandu 22 sena  u huwa resident Ħal Tarxien qed jiġi akkużat b’pussess aggravat tal-kannabis. Hu ġie arrestat disat ijiem ilu wara li l-pulizija waqqfu karozza li kienet għaddejja fit-triq. Tliet kilogrammi ta’ ħaxix tal-kannabis instabu fil-karozza. Tfittxijiet fil-garaxx li għalihom kellu ċ-ċwievet l-akkużat wasslu għas-sejba ta’ sitt kilogrammi oħrajn.

Erba’ persuni taw ix-xhieda tagħhom, fosthom is-sid oriġinali tal-garaxx li qal li kien qed jikri l-propjetà.

Il-Maġistrat Doreen Clarke ħelset lill-akkużat mill-arrest b’depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000. Hu jrid jiffirma l-għassa darba kuljum.