Jinstab laħam taż-żiemel fi prodotti tal-Ikea

Il-Kumpanija Svediża Ikea hija l-aħħar minn sensiela ta’ kumpaniji tal-ikel li kellha tieqaf tbigħ xi prodotti minħabba li nstabu traċċi tal-laħam taż-żiemel.

Din id-darba, il-prodott li kellu jiġi mwaqqaf kien meatballs li suppost huma magħmula minn laħam tal-ħanżir u taċ-ċanga. It-testijiet li sabu laħam taż-żiemel saru fir-Repubblika Ċeka. Għadu mhux magħruf l-ammont ta’ laħam taż-żiemel li nsab f’dawn il-prodotti.

L-iskandlu tal-laħam taż-żiemel f’pajjiżi Ewropej beda ftit tal-ġimgħat ilu wara li nstab li kien hemm laħam taż-żiemel fi prodotti li kienu mmarkata li huma taċ-ċanga. Dan l-iskandlu affettwa diversi pajjiżi, b’Malta ma tkunx waħda minnhom.