106 każijiet: rekord mill-bidu tal-pandemija

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta llum kellha numru rekord ta’ każijiet tal-coronavirus mill-bidu tal-pandemija ‘l hawn, b’total ta’ 106 każijiet minn 2,470 test.

Dan tħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa fl-infografika li joħroġ ta’ kuljum.

Fiequ wkoll 22 persuna, u b’hekk, it-total ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 591.

OFFICIAL COVID-19 figures for 16•09•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Wednesday, September 16, 2020

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, imma mid-49 każ li nstabu lbieraħ kien hemm:

  • 10 każijiet ta’ membri tal-familja ta’ każijiet preċedenti
  • 5 każijiet ta’ kollegi tax-xogħol
  • 2 każijiet ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ persuni bil-Covid-19
  • 3 każijiet mill-cluster fid-dar tal-anzjani St Joseph
  • 15-il każ mid-dar tal-anzjani Casa Antonia

Dan ifisser li 14-il każ kienu sporadiċi, mill-komunità.

Minħabba din iż-żieda drastika fil-każijiet, l-Unjin għall-Edukaturi Professjonali (UPE) appellat lill-Prim Ministru Robert Abela biex jikkunsidra li ma jinfetħux l-iskejjel fit-28 ta’ Settembru, għaliex meta jiftħu l-iskejjel, il-każijiet huma mistennija li jibqgħu jiżdiedu.

L-appell tal-UPE lill-PM
“Agħlqu l-iskejjel” – UPE

X’taħseb dwar iż-żieda fil-każijiet tal-coronavirus?

Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt