Jinstab l-ixjeħ kelb il-baħar; għandu 400 sena

Xjentisti għamlu skoperta mhux tas-soltu meta sabu kelb il-baħar li ilu jgħix għal madwar 392 sena. Il-kelb il-baħar huwa tar-razza Greenland u nstab f’reġjun fl-Artiku. Ir-riċerka dwaru tinsab ippubblikata fil-ġurnal Science.

Ir-riċerkaturi li kejlu lill-kreatura sabu li dan x’aktarx twieled fis-sena 1505. Din ir-razza ta’ klieb il-baħar hija magħrufa li tgħix f’temperaturi ta’ -1 gradi celcius. Huma jiżnu aktar minn tunnelata u jgħumu sa’ 7,200 pied taħt il-baħar.

Dan il-kelb il-baħar partikolari huwa twil 18-il pied, u huwa propju dan it-tul li jindika li l-kelb il-baħar jista’ għandu bejn 272 sena u 512-il sena. Dan minħabba li l-ispeċi jikbru b’rata ta’ ċentimetru kull sena.