Jinstab l-Irlandiż li ilu aktar minn ġimagħtejn nieqes

L-Irlandiż li ilu rrappurtat nieqes 19-il ġurnata, fl-aħħar instab mill-Pulizija f’Buġibba.
Minħabba dawn il-jiem kollha nieqes mid-dar fix-Xgħajra, wara li nstab, Robert James Carrick ta’ 46 sena ttieħet Mater Dei għall-kura.
Il-Pulizija qalet li l-investigazzjoni bdiet eżattament meta rċiviet ir-rapport u li l-Ambaxxata Ingliża kienet qed tiġi aġġornata b’dak kollu li kien għaddej.
Carrick kien ilu mfittex mill-10 ta' Awwissu li għadda.