Jinstab kelb imdemmi f’Wied il-Mielaħ

Read in English.

Kelb li nstab imdemmi f’Wied il-Mielaħ f’Għawdex kellu jitraqqad għax ma setax jiġi salvat.

Sorsi qalu lil Newsbook.com.mt li żewġ tfajliet sabu lill-kelb mimli demm f’Wied il-Mielaħ is-Sibt li għadda, waranofsinhar.

Meta nstab, il-kelb kellu daqqiet twal u fondi b’arma bil-ponta u qatgħa mal-ġenb tiegħu. L-ambulanza damet daqsxejn biex waslet għaliex ma kienx fil-ħinijiet tal-uffiċċju. Meta wasal għand il-veterinarju, il-kelb kien diġà mitluf minn sensih.

L-għada filgħodu kellhom iraqqduh għaliex ma setgħu jagħmlu xejn biex isalvawh.

Is-sorsi qalu li mill-qagħda li kien fiha, dan jidher li sar apposta.