Jinstab każ wieħed ġdid tal-coronavirus

Miguela Xuereb

Wara 768 swab test matul il-jum tal-bieraħ instab każ ġdid tal-coronavirus. B’hekk issa fil-pajjiż hawn total ta’ 40 każ attiv.

Fl-infografika tal-lum, li kienet ippubblikata fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għas-Saħħa, kien spjegat li ma kienx hemm aktar persuni li fiqu mill-virus.

Jidher li l-każ il-ġdid tal-lum kien wieħed sporadiku u l-persuna kellha s-sintomi tal-virus.

Fil-pajjiż instabu total ta’ 665 minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus. Minn dawn fiqu 615-il persuna u mietu disa’.

OFFICIAL COVID-19 figures for 21•06•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Sunday, June 21, 2020