Jinstab każ ieħor pożittiv tal-coronavirus; relatat mal-party

swabbing center

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa nstab każ ieħor pożittiv tal-coronavirus marbut mal-cluster li ħareġ mill-party li seħħ aktar kmieni f’Lulju.

Dan ħareġ mill-infografika tal-lum tal-Ministeru għas-Saħħa. Kien spjegat li matul il-jum tal-bieraħ saru total ta’ 850 swab test. B’hekk issa fil-pajjiż hawn 27 każ attiv tal-coronavirus. Jidher li ma kien hawn l-ebda fejqan ġdid mill-virus.

OFFICIAL COVID-19 figures for 27•07•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate | Covid19 Malta

Posted by saħħa on Monday, July 27, 2020

B’kollox il-pajjiż affaċċja 701 pożittivi tal-coronavirus. Minnhom fiqu 665 u mietu disgħa. L-għadd ta’ swab tests totali li saru s’issa jammonta għal 120,995.

Nhar il-Ġimgħa kien irrappurtat l-ewwel każ tal-coronavirus b’rabta mal-party Hotel Takeover li sar fil-lukanda Radisson Blu f’San Ġiljan. Minn hemm, is-Sibt instabu sitt persuni oħra pożittivi għall-virus li kellhom x’jaqsmu mal-każ tal-Ġimgħa. Intant, matul il-jum tal-Ħadd kienu kkonfermati disa’ każi ġodda ta’ persuni b’rabta mal-istess cluster.

B’hekk issa hemm 17-il każ ta’ coronavirus li oriġinaw mill-party.