Filmat: Katavru ta’ raġel jinstab Wied il-Għajn

Instab katavru ta' raġel fil-baħar Wied il-Għajn, fl-inħawi magħrufa bħala l-Fajtata.
Il-katavru li għadu mhux identifikat ittella' l-art minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Biswit ir-raġel instabu ċwievet u l-mowbajl tiegħu.
Minħabba li d-dinghy ma setax jidħol mal-art, żewġ suldati kellhom iġorru l-katavru bl-għawm lejn id-dinghy. 
Minn hemm ittieħed f'Xatt it-Tiben. 
Ritratti u Filmat: Ian Noel Pace