Jinstab katavru ta’ tfajla fil-baħar

Għall-ħabta tas-6.45 ta’ dalgħodu, il-Pulizija u l-Forzi Armati kienu infurmati li lejn Għar Lapsi ntlemaħ katavru fil-baħar. 
Il-Pulizija kkonfermat li l-katavru hu ta’ tfajla. 
Il-katavru ddaħħal f’Xatt it-Tiben u ttieħed Mater Dei għall-awtopsja.
Nhar il-Ġimgħa, il-Pulizija talbet lill-pubbliku biex tgħinha ssib lit-tfajla Ruth Attard.  
Illum, il-Pulizija waqqfet it-tfittxija.