Identifikat il-katavru tal-mara li nstabet f’San Blas

Aġġornat 12:56 PM

Read in English.

Instab katavru ta’ mara fil-bajja ta’ San Blas.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-katavru ntlemaħ fid-9am minn nies li kienu qegħdin canoeing fil-bajja.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-AFM u tal-Protezzjoni Ċivili biex il-katavru jkun jista’ jittella l-art. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ċċertifika l-persuna mejta fuq il-post.

Il-Pulizija kkonfermat li l-mara hija mill-Awstrija u kellha 43 sena.

Il-Maġistrat Dr Monika Vella ħatret inkjesta biex jiġi investigat dan il-każ.