Jinstab katavru ta’ mara fil-baħar

Katavru ta’ mara nstab fil-baħar illum fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Munxar, Marsaxlokk.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-katavru nstab għall-ħabta tad-08:50am.
Il-katavru li ttella’ mill-baħar mill-Forzi Armati ta’ Malta għadu ma ġiex identifikat. Hu ddaħħal ġewwa Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Dwar il-każ infetħet inkjesta.