Jinstab katavru f’xaft f’Buġibba

Read in English.

Il-Pulizija kkonfermaw li fl-aħħar sigħat instab katavru ta’ persuna f’xaft ta’ blokka ta’ appartamenti f’Buġibba. Il-binja hija dik li kienet il-Paloma Hotel fi Triq il-Ġifen.

Kelliem għall-Pulzija li jinsab fuq il-post qal lil Newsbook.com.mt li l-ġisem mejjet huwa ta’ raġel barrani iżda l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa. Jidher li l-ġisem huwa fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.

Il-Pulizija rċeviet rapport mingħand xi ġirien li indikaw il-każ lill-Pulizija.

Għalkemm mhu qed jiġi eskluż xejn fl-investigazzjoniijet, l-ewwel indikazzjonijiet tal-Pulizija huma li r-raġel seta’ waqa’ waħdu.