Jinstab katavru fuq dgħajsa fil-Birgu

Il-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li nstab raġel bla ħajja fuq dgħajsa fil-marina tal-Birgu.
Skont kelliema tal-Pulizija, il-persuna mietet b’kawża naturali u għaldaqstant mhux se tinfetaħ inkjesta maġisterjali.