Aġġornata: Jinstab katavru fil-wied bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa

Katavru fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni nstab mill-Pulizija f’Wied Ċawsli bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa.
Is-sejba saret għall-ħabta tal-15.50 wara informazzjoni li waslet għand il-Pulizija.
Fuq il-post waslu membri tal-Pulizija kif ukoll esperti forensiċi biex jinvestigaw u jidentifikaw il-katavru.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar l-esperti biex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Il-Pulizija qed jinvestigaw il-każ. 

Ritratt: Media Police