​Jinstab fil-baħar il-katavru ta’ Carmel Calleja

Illum waranofsinhar instab fil-baħar il-katavru ta’ raġel ta’ 60 sena taħt l-irdum Ta' Ċenċ f'Ta' Sannat.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-katavru huwa ta’ Carmel Calleja, li kien ġie rrapurtat nieqes nhar is-Sibt li għadda.
Il-Forzi Armati ta’ Malta mexxew il-ħidma ta’ tfittxija mill-ajru permezz ta’ ħelikopter, filwaqt li numru ta’ għaddasa għamlu t-tfittxija fil-baħar.
Il-Pulizija qalet li għadha mhix magħrufa l-kawża tal-mewt tiegħu.