Aġġornata: Tinstab mara mejta fil-Bajja tal-Balluta

Read in English.

Kmieni dalgħodu nstab katavru ta’ mara fil-Bajja tal-Balluta, f’San Ġiljan.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-każ ma’ Newsbook.com.mt. Hu spjega li l-katavru ntlemaħ fis-7.10am.

Il-Pulizija marru fuq il-post filwaqt li ssejħet l-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta sabiex jiddaħħal il-katavru. L-identità tal-mara għadha mhix magħrufa.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.