​Jinstab katavru fil-Mellieħa

Instab katavru ta’ raġel f’Anchor Bay il-Mellieħa għall-ħabta ta’ nofsinhar.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li wara li ntlemaħ katavru ta’ persuna fil-baħar intalbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta. Fuq il-post intbagħtu dgħajsa u ħelikopter tal-AFM.
Il-katavru imbagħad ittella’ l-art.
Il-bajja Anchor Bay tinsab qrib Popeye Village.
Ritratt: Arkivji