Aġġornata: Jinstab katavru ta’ raġel f’Għawdex

Instab katavru fil-baħar 'il barra mix-Xatt l-Aħmar f'Għajnsielem. 
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-katavru, li jinsab fi stat qawwi ta' dekompożizzjoni ddaħħal fil-Port tal-Imġarr minn patrol boat tal-Forzi Armati ta' Malta. 
Il-katavru li huwa ta' raġel għadu ma ġiex identifikat. Lanqas mhi magħrufa l-kawża tal-mewt. 
Il-Maġistrat tal-Għassa Joanne Vella Cuschieri qed tmexxi inkjesta maġisterjali.