Jinstab iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena li kien irrapurtat nieqes

Żagħżugħ ta’ 17-il sena mill-belt ta’ Thessaloniki fil-Greċja nstab wara li ġie rrappurtat nieqes ilbieraħ minn Amber Alert Europe.
Amber Alert ikkanċellat it-twissija dalgħodu hekk kif ħabbret li ż-żagħżugħ Grieg instab qawwi u sħiħ.
Kien il-Programm ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali fil-Greċja Amber Alert Hellas li avża lill-pubbliku dwar l-għibien taż-żagħżugħ, biex b’hekk joqgħodu b’seba’ għajnejn għalih meta jkunu barra.
Meta twissija tal-Amber Alert tiġi ppubblikata twissija f’pajjiż Ewropew, il-Pulizija fil-pajjiż tinforma lill-pubbliku dwar l-għibien tat-tfal jew żgħażagħ, f’każ li jkun hemm ċans li jinsabu fil-periklu, permezz ta’ messaġġi, fuq ir-radju, fuq it-televiżjoni u fuq il-mezzi soċjali, fost l-oħrajn.  
L-iskop ta’ Amber Alert Europe, fil-fatt, hija li xxerred twissijiet madwar l-Ewropa kollha, fil-każ li t-tfal ikunu iħatfu jew ħarbu barra minn pajjiżhom.
Il-Pulizija ta’ Malta tista’ tiġi kkuntattjata fuq in-numru 2122 4001 f’każ li wieħed ikollu xi informazzjoni dwar tfal li ntilfu jew inħatfu.
Newsbook.com.mt kien ingħaqad mas-sistema ta’ allarm li tirrapporta d-dettalji ta’ tfal li jkunu f’periklu, mitlufa jew maħtufa.