Jinstab it-tifel rrappurtat nieqes

It-tifel li kien deher l-aħħar fis-6 ta’ Diċembru nstab.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li Dante Buhaġiar instab “qawwi u sħiħ”. Il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku għall-għajnuna tiegħu.

Ilbieraħ il-Pulizija qalet li Dante Buhaġiar ġie rrappurtat nieqes.

Huwa deher l-aħħar nhar is-6 ta’ Diċembru 2019 għall-ħabta tas-sitta fir-residenza tiegħu fil-Ħamrun.