Jinstab ir-raġel li hedded Maġistrat

Illum fil-Qorti ta’ Għawdex, il-Pulizija ressqet taħt arrest raġel quddiem il-Maġistrat Dr P Coppini.
Ir-raġel ta’ 51 sena residenti f’Għajnsielem Għawdex kien qed jiġi mfittex mill-Pulizija wara li jumejn ilu kien akkużat li fl-awla tal-Qorti ta’ Għawdex, hedded, għajjar, kiser il-buon ordni u ma obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-Maġsitrat Monica Vella.
Il-każ seħħ meta l-Maġistrat kienet qed tagħti sentenza f’każ ċivili.
Minħabba li dan kien smigħ ta’ każ ċivili, ma kienx hemm pulizija fl-awla u r-raġel seta’ jitlaq mingħajr xkiel. 
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ingħata l-liberta’ taħt diversi kundizzjonijiet u ġie ordnat iħallas depositu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,000.