Jinstab innoċenti wara 30 sena jistenna l-piena tal-mewt

Raġel akkużat bi qtil fl-1983 u li ngħata wkoll is-sentenza tal-piena tal-mewt, għadu kemm inħeles mill-arrest wara li qatta’ 30 sena jistenna li jiġi ġġustizzjat. 

Glenn Ford, Amerikan ta’ 64 sena li minn dejjem kien jgħid li hu innoċenti kien akkużat li qatel ġojjellier.  Wara 30 sena maqful, imħallef fi Louisiana issa ddeċieda li mhux ħati għax għandu f’idu informazzjoni ġdida li taqbel mal-verżjoni tal-fatti ta’ Ford.

Ford qal li f’dawn is-snin kollha kien akkużat b’xi ħaġa li qatt ma għamel u kien imċaħħad milli jara lill-ibnu jikber.  Jidher li sa issa, ebda ħabsi fl-Istati Uniti ma stenna daqshekk snin biex jingħata l-piena tal-mewt sakemm jiġi rikonoxxut innoċenti.