Jinstab il-laħam taż-żwiemel fi prodotti Nestle

L-ikbar kumpanija tal-ikel fid-dinja, in-Nestle, irtirat prodotti mill-ixkafef tal-ħwienet Taljani u Spanjoli wara li nstabu traċċi ta’ laħam taż-żwiemel.

Il-prodotti huma ravjul tal-Buitoni li suppost għandu ċ-ċanga miegħu, u tortellini taċ-ċanga, li fil-verità fihom ukoll laħam taż-żwiemel.

Sal-ġimgħa li għaddiet, id-ditta Nestle stqarret li ma kien hemm ebda traċċa ta’ laħam taż-żwiemel fil-prodotti tagħha.

Nestle qed tissuspetta li xtrat prodotti mħallta bil-laħam taż-żwiemel mill-Ġermanja.