Jinstab il-ġisem mejjet ta’ Julen li waqa’ ġo bir

REUTERS/Jon Nazca

Il-ħaddiema tas-salvataġġ Spanjoli li kienu qed jgħinu fit-tfittxija għal Julen, it-tfajjel ta’ sentejn li waqa’ ġo bir fit-13 ta’ Jannar, sabu l-ġisem tiegħu matul il-lejl li għadda.

Il-ħaddiema kienu qed jiskavaw u jħaffru fl-inħawi tal-bir lejl u nhar biex jilħqu t-tifel, Julen, fil-borehole – 100 metru fond u 25 ċm wiesgħa – li kien imblukkat bil-ħamrija.

Kelliem tal-gvern f’Malaga qal li fis-1.25 ta’ filgħodu, it-timijiet tas-salvataġġ laħqu ż-żona tal-bir fejn kienu qed ifittxu lil Julen u sabu l-ġisem bla ħajja tat-tfajjel.

It-tfajjel kien waqa’ fil-bir waqt li kien jimxi mal-familja tiegħu f’Totalan fin-Nofsinhar ta’ Spanja.