Jinstab il-ġisem ta’ hiker Ingliża fi New Zealand

Il-ġisem tal-hiker Ingliża Stephanie Simpson instab fi New Zealand. Dan skont rapport internazzjonali li qed jikkwotaw il-Pulizija fi New Zealand.

Is-sejba saret illum fiż-żona magħrufa bħala Pyke Creek. Il-mara ta’ 32 sena kien ilha nieqsa minn meta marret hike fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fil-park nazzjonali Mount Aspiring. Dan il-park għandu fih waħda mill-ogħla għoljiet fil-pajjiż.

Tfittxijiet li kienu saru aktar kmieni kienu sabu oġġetti fiż-żona li kienu ta’ Simpson, inkluż basket u żarbun.

Is-Surġent Mark Kirkwood, minn West Coast Search and Rescue qal li l-familja tagħha talbu lill-midja għall-privatezza f’dan iż-żmien diffiċli. Il-Pulizija rringrazzjaw lil dawk kollha involuti fit-tfittxija li bdiet nhar it-Tnejn.