Jinstab il-ġebel ta’ San Blas

Waqt tfittxija, illum instab il-ġebel li allegatament insteraq mill-Bajja ta’ San Blas, fejn kien twarrab sakemm jitlestew xogħlijiet ta’ tindif, bejn il-21 u 22 t’Awwissu li għadda.

Is-serqa kienet irrappurtata minn dawk involuti fil-ħidma ta’ tindif minn ħaxix tal-baħar.

Waqt li kien qed isir dan ix-xogħol, 29 ġebla tpoġġew mal-ġenb, u ma nstabux dakinhar li sar ir-rapport.

Kien illum, waqt ħidma mid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali t’Għawdex, li dawn il-ġebel instabu f’għalqa ftit il-bogħod mill-istess bajja.

Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.