Jinstab ħati li darab raġel ieħor waqt il-festa

Ryan Dimech ta’ 35 sena minn San Pawl il-Baħar tpoġġa fuq probation għal tliet snin wara li fil-Qorti nstab ħati li ħames snin ilu kien aggredixxa raġel ieħor waqt il-festa f’Birkirkara.
Dimech kien mixli wkoll li kiser il-paċi pubblika.
Il-Qorti ordnat li Dimech għandu jwassal €500 f’kumpens lill-vittma wara li tah daqqiet ta’ ponn.