Jinstab ħati f’Qorti Ingliża; jarmi l-aċtu għal wiċċu

Bdiet investigazzjoni wara li raġel li kien wasal biex jingħata s-sentenza ħasel lilu nnifsu bl-aċtu f’Qorti Ingliża.

Il-BBC irrappurtat kif malli Marc Marshall, ta’ 54 sena, sema’ li kien se jintbagħat il-ħabs minn f’Qorti f’Londra fuq akkużi ta’ frodi, iddeċieda li jwaddab aċtu għal wiċċu stess. Bħalissa jinsab f’kundizzjoni kritika fi sptar filwaqt li uffiċċjal li kienet inkarigata billi tieħu ħsieb lill-akkużat ġiet trattata hekk kif intlaqtet waqt li seħħ il-każ.

Intant is-Servizz tal-Qrati sostna li jinsab inkwetat ferm dwar il-każ li seħħ it-Tnejn li għadda. Il-każ jista’ jwassal sabiex tiġi investigata s-sigurtà fil-binjiet tal-Qrati u kif il-likwidu rregolari ma ġiet identifikat u saħansitra wasal għand l-akkużat.

F’filmati tas-CCTV, Marshall deher iġorr flixkun tal-ħadid, iżda deher ukoll jixrob mill-istess flixkun. Marshall kien wieġeb ħati dwar numru ta’ ċekkijiet frodi li jinvolvu total ta’ €157,000.