Jinstab ħati eksmaniġer tal-Enemalta li bagħbas meter

Eks-maniġer tal-Enemalta weħel setenza ta’ 14-il xahar ħabs sospiżi għal 28 xahar, wara li l-Qorti Kriminali sabitu ħati li seraq dawl wara li bagħbas meter tad-dawl fir-residenza tiegħu fil-Mosta.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, tat ukoll multa ta’ €140 lil Louis Attard, ta’ 56 sena, f’kumpens għall-Enemalta.
Fil-Qorti nstema kif fl-2011, Attard li kien imexxi d-Dipartiment tal-Accounts tal-Enemalta, inbidillu l-meter tad-dar tiegħu, liema meter kien qed jimmarka konsum anqas milli suppost. It-tibdil kien ordnat minn kuġinuh li wkoll kien jaħdem l-Enemalta.
Hekk kif l-Enemalta indunat bit-tbagħbis, sabet li l-meter ta’ Attard kellu l-conductive paste fuq parti minnu. Dan wassal sabiex il-meter jaqra inqas min-nofs il-konsum veru.
Attard ċaħad li kien jaf li l-meter li kellu f’daru kien imbagħbas. Madanakollu, il-Qorti ma emmnitx li r-raġunijiet kienu ġusti u saħqet li Attard kellu l-obbligu li jħares l-interessi finanzjari tal-kumpanija.