13-il sena ħabs wara li nstab ħati f’attentat ta’ serq mill-Mid Med

Wara 14-il siegħa ta’ deliberazzjoni, George Xuereb ta’ 49 sena mill-Marsa instab ħati bi tmin voti kontra wieħed, li kien involut fil-hold-up tal-bank Mid-Med fis-Swieqi.
Huwa ingħata s-sentenza ta' 13-il sena priġunerija. 
B'seba’ voti kontra tnejn, huwa instab ħati wkoll li pprova joqtol żewġ uffiċjali tal-Pulizija waqt sparatura li seħħet meta Xuereb flimkien ma’ persuni oħra kienu se jaħarbu minn fuq il-post.
Bi tmin voti kontra wieħed, Xuereb instab ħati wkoll li seraq pistola, li kellu l-arma mingħajr il-liċenzja tal-Pulizija u li kien kompliċi fis-serq ta’ vann.
Il-każ kien seħħ fis-27 ta’ Marzu tal-1996, meta Xuereb flimkien ma’ persuni oħra ppruvaw jisirqu b’Lm100,000.
Dwar dan l-istess każ kienu nstabu ħatja, Joseph Polidano u Carmelo Spiteri li ngħataw sentenza ta’ 10 snin priġunerija kull wieħed.