Jinstab ġisem iż-żagħżugħa rrappurtata nieqsa fi New Zealand

Pulizija fi New Zealand qalu llum li jaħsbu li sabu l-ġisem taż-żagħżugħa Ingliża Grace Millane, wara li raġel ta’ 26 sena kien mixli bil-qtil tagħha lbieraħ.

Millane, li kienet qed iddur id-dinja wara li gradwat mill-Università f’Settembru, kienet ilha nieqsa mill-1 ta’ Diċembru. Il-ġisem instab f’Waitakere Ranges f’Auckland, u avolja għadu mhux identifikat uffiċjalment, huwa maħsub li hu tagħha, u b’hekk intemmet it-tfittxija.