Jinstab forn tal-Kavallieri fil-Ministeru għall-Ugwaljanza

DOI - Jeremy Wonnacott

Forn ta’ żmien il-Kavallieri li kien mirdum għal mijiet ta’ snin fil-bini tal-Ministeru għall-Ugwaljanza inkixef waqt li kien qed isir xogħol ta’ skavar.

Fi stqarrija, il-Ministeru qal li mir-riċerka rriżulta li dan il-forn kien uniku għal Malta u fost l-uniċi fid-dinja li għadu prattikament intatt u preservat fl-istat oriġinali tiegħu. Il-forn kien taħt wieħed mill-uffiċini fil-Berġa ta’ Aragona.

Hu maħsub li ladarba jitlestew ix-xogħlijiet ta’ restawr dan il-wirt storiku jibqa’ mikxuf u aċċessibbli bħala attrazzjoni fil-Belt Valletta.

Il-Ministru għall-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis fakkar li l-Berġa ta’ Aragona, li kienet l-Uffiċċju tal-eks prim ministri George Borg Olivier u Dom Mintoff.

Iċ-Chairperson tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Stefan Zrinzo Azzopardi spjega li dan il-proġett qed isir b’investiment ta’ madwar €1m mill-fond tal-Ministeru.