Jinstab fl-Aħrax tal-Mellieħa r-raġel irrappurtat nieqes

Il-pulizija qalet li m’għadux irrapurtat nieqes Patrick Grixti ta’ 44 sena li lbieraħ ġie rrappurtat nieqes.
Il-katavru tiegħu nstab taħt l-irdum tal-Aħrax fil-Mellieħa u ttella’ bl-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
L-aħħar li Patrick Grixti deher kien nhar it-Tnejn 17 ta’ Marzu, 2014, għal ħabta tal-11pm f'Tas-Sliema.