Jinstab f’għadira demm f’San Pawl il-Baħar

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nstab mitluq mal-art f’għadira demm f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ ilbieraħ, hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata għall-ħabta tas-7.15pm li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħha fi Triq il-Korp tal-Pijunieri.
Ir-raġel, Rumen, ittieħed l-isptar b’ambulanza għall-ewwel għajnuna.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex isir magħruf ir-raġuni ta’ dan l-inċident.
Ritratt: Arkivji – Ian Noel Pace