Jinstab denfil mejjet fil-Qawra

Il-MEPA kkonfermat li nstab denfil mejjet fil-Qawra.
Membru mid-Direttorat għall-Protezzjoni Ambjentali marru fuq il-post fejn sabu denfil li l-età tiegħu tvarja bejn seba’ u għaxar snin mingħajr mingħajr ġrieħi viżibbli.
Għalkemm għad irid ikun magħruf il-kaġun tal-mewt, it-Taqsima Veterinarja indikat li l-denfil x’aktarx ilum mejjet bejn erba’ u sebgħat ijiem.
Wara li jsiru t-testijiet meħtieġa, id-denfil se jittieħed l-inċineratur.