Aġġornata: Gravi ċ-ċiklist li nstab bid-demm fis-Siġġiewi

Malta Police Force

Ċiklist instab bid-demm fuqu qrib id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi, u qed isofri minn ġrieħi gravi.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ dalgħodu fil-11am fi Triq Lapsi, u li ntbagħtet ambulanza għalih, wara li kien hemm impatt bejn il-vettura u ċ-ċiklist.

Minkejja li r-rapporti tal-bidu wrew li ċ-ċiklist hu anzjan, il-Pulizija kkonfermaw li l-vittma hu Awstraljan ta’ 45 sena, li joqgħod l-Isla.

Huwa ġie ċċertifikat li qiegħed f’qagħda gravi.