Filmat: Il-mument li Buddy ltaqa’ ma’ sidu wara 11-il jum nieqes

Il-kelb bl-isem ta’ Buddy, li kien ilu nieqes għal madwar 11-il jum, instab u reġa’ ngħaqad ma’ sidu llum.

Fl-aħħar jiem, il-grupp RUBS PUPPY LOVE fuq Facebook ingħaqad f’ħidma sabiex jinstab dan il-kelb. Is-sid kien talab għall-għajnuna u sostna li kien qalbu maqsuma li ma setax isib il-kelb tant għażiż għalih.

Fuq il-grupp spjega li l-ħidma għat-tfittix tiegħu ma waqfitx. Kienu bosta dawk li xerrdu r-ritratti tal-kelb li fil-qofol ta’ kollox wasslu għas-sejba tiegħu llum.

Fuq Facebook, sidu spjega li l-kelb ħarab għax ħaseb li kien ġie abbandunat meta sidu ħareġ fuq brejk għal ftit minuti. Il-kelb ħarab mill-post potenzjalment biex isib lil sidu. Is-sid kien qed joffri wkoll €500 għall-persuni li ssib lil Buddy