Jinstab b’mijiet ta’ fliexken tal-kuntrabandu

Read in English.

Raġel twaqqaf minn uffiċjali tad-dwana milli jdaħħal f’Malta bil-kuntrabandu mijiet ta’ fliexken tax-xorb.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li lbieraħ fizzjali mit-Taqsima tal-Infurzar waqfu vann b’reġistrazzjoni Taljana. Il-vann wasal Malta minn Pozzallo fi Sqallija.

Sid il-vann kien qed iġorr 660 flixkun inbid u 156 birra. Dawn ma ġewx iddikjarati lid-Dwana.

Ix-xorb ġie kkonfiskat u r-raġel ingħata multa ta’ €862.