Jinstab bastiment tal-Feniċi f’qigħ il-baħar f’Għawdex

Għadd ta’ bugħaddasa skoprew dak li jistgħu jkunu l-eqdem fdalijiet ta’ vapur fil-baħar Mediterran. Il-bastiment li nstab kien tal-Feniċi u jmur lura għas-sena 700 qabel Kristu. Din is-sejba storika saret mil ‘il bogħod mill-Gżira Għawdxija.
Id-dettalji dwar din l-iskoperta ngħataw waqt konferenza tal-aħbarjiet li għamel il-Ministru tal-Kultura, Owen Bonnici. Huwa spjega li l-bastiment jinsab madwar 120 metru f’qigħ il-baħar.
Minn dak li nstab fuq il-bastiment, jidher li l-vapur żar minn tal-inqas 50 port differenti.
Il-kordinatur tal-proġett, Timmy Gambin qal li l-bastiment kien fih madwar 50 pied.
L-Universita’ ta’ Malta u istituzzjonijiet oħra fi Franza u l-Istati Uniti qed jaħdmu flimkien fuq dan il-proġett.