Jinstab aktar velenu tal-annimali f’lokalitajiet ġodda

Dog

Read in English.

Attent fejn tkun ħiereġ bil-kelb. Dan hekk kif ġie żvelat li nstab aktar velenu tal-bebbux, din id-darba fil-Qrendi.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li din id-darba l-velenu nstab fit-toroq biswiet pjazza San Mattew. 

Dan it-tip ta’ velenu allegatament qed jinxteħet fuq il-bankini bil-għan li jkunu vvelenati l-annimali mansi li huma ta’ inkonvenjenza għal xi nies għal raġunijiet li mhumiex magħrufa.

Għalkemm l-użu ta’ dan tal-aħħar suppost hu llegali, fuq il-midja soċjali qed ikunu żvelati diversi każijiet u sejbiet ta’ velenu ta’ dan it-tip li qed ikun mormi fuq il-bankini fil-lokalitajiet.

Riżultat ta’ dan diversi klieb u annimali mansi oħra qed jisfaw ivvelenati, b’każijiet partikolari jseħħu ftit tax-xhur ilu f’Għajn Tuffieħa u Ta’ Qali fil-park tal-klieb stess.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li dan it-tip ta’ velenu ta’ ħsara għal dawn il-ħlejjaq instab ukoll f’Pembroke viċin is-sit tal-BMX l-grawnds tal-Melita, sit magħruf ma’ ħafna għal pikniks.