Jinsistu dwar il-bżonn ta’ promozzjoni tal-kors tal-ispiżjara

Il-Kamra tal-Ispiżjara fi stqarrija spjegat li d-Dipartiment tal-Farmaċija fl-Università ta’ Malta qed jipprowovi il-kors tal-Baċellerat tax-Xjenza fit-Teknoloġija Farmaċewtika. Il-kamra saħqet li l-istess promozzjoni għandha ssir biex l-istudenti jitħajru għall-kors tal-Masters biex isiru spiżjara.

Żiedu li f’Malta hawn nuqqas kbir ta’ spiżjara u dan qed iwassal biex ikun hawn aktar pressjoni fis-setturi kollha li jinvolvu l-ispiżjara l-aktar dawk fil-komunità, fl-isptarijiet, fl-industrija, fir-rappreżentazzjonijiet mediċinali  regolatorji.

Il-Kamra tal-Ispiżjara kompliet li tgħi li hi tifhem il-bżonn li jkun hawn aktar nies imħarrġa fit-Teknoloġija Farmaċewtika madankollu tajjeb li d-dipartiment jifhem li f’ċerta setturi l-preżenza ta’ spiżjar hija sagrosanta u għandu jkun hawn aktar promozzjoni biex l-istudenti jagħżlu din il-linja.

Finalment huma appellaw biex isir dak kollu possibbli biex tiġi indirizzata din il-problema għall-aħjar ta’ kulħadd.