Jinsistilhom biex jilbsu l-ġlekk fil-Parlament

malta_parliament

Fil-bidu tas-seduta fil-Parlament illejla, l-Ispeaker Anġlu Farrugia ta ruling biex l-irġiel membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti jibdew jilbsu l-ġlekk meta jattendu għas-seduti.
L-Ispeaker impona dan il-kodiċi ta’ ilbies meta kien qed jirreaġixxi għal diversi artikli li dehru fil-midja dwar l-ilbies casual tad-deputat tal-Oppożizzjoni Godfrey Farrugia.
Fir-ruling, Anġlu Farrugia qal li r-regolamenti tal-Parlament jimponux dress code u jitkellmu b’mod ċar kif id-deputat parlamentari għandhom jilbsu, kif jiġri fil-maġġoranza tal-parlamenti fl-Unjoni Ewropea.
Madanakollu, l-Ispeaker insista li l-Membri Parlamentari għandhom imorru l-Parlament lebsin b'dinjità u għalhekk ddeċieda li tal-inqas l-irġiel kellhom ikunu lebsin ġlekk, anke jekk mhux bilfors jilbsu ingravata, fir-rigward tan-nisa, huwa ma imponna l-ebda dress code iżda qal li l-importanti li jkunu lebsin b’dinjità.