Jinsisti li ma riedx joqtlu…kulma ried li joqgħod fil-kwiet

Il-Bulgaru Emil Atasanov  li qed ikun mixli bil-qtil tas-Serbjan Dragoljub Kristic baqa’ jiċħad li ried joqtlu u nsista li kulma ried kien li joqgħod fil-kwiet għax l-għada kien xogħol.
Atasanov qed jiġi mixli wkoll li weġġa’ lis-Serb Zoran Jocic, saħaq li minħabba l-istorbju li kien ġej mill-kamra li fiha kien hemm il-vittma u sħabu ma setax jistrieħ
Kien għalhekk li huwa qabad lieva u sikkina u mar wara l-bieb tagħhom biex ibeżża’ lil sħabu ħalli dawn jitilqu mill-post.
Huwa baqa’ jiċħad li kien ta daqqa ta’ sikkina lis-Serb u saħaq li kien dan li “daħal” fiha waqt li kien qed jattakkah.
Saħaq li anke Jocic ħebb għalih u sostna li dan kien iktar vjolenti minn Kristic.