Jinsisti li l-ftehim mal-Greċja se jerġa’ jfalli

Il-kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew, Alfred Sant, qed jinsisti li l-ftehim li sar bejn l-UE u l-Greċja se jerġa’ jfalli.
Fisser kif b’mod ekonomiku, tekniku u amministrattiv se jagħmel l-affarijiet agħar u li anke l-Fond Monetarju Internazzjonali ma jaqbilx miegħu.
Sant sostna li waqt li sa ftit ilu, kienet il-Greċja li tellfet il-fiduċja ta’ ħaddieħor fiha, issa huma dawk li sfurzaw ftehim fuqha li tellfu l-fiduċja ta’ ħaddieħor fihom.
Sant qal dan fi Brussell waqt il-Kumitat tal-Ekonomija u l-Affarijiet Monetarji waqt dibattitu mal-Ministru tal-Finanzi tal-Lussemburgu u President tal-Ecofin, Pierre Gramegna.
Min-naħa tiegħu, Gramegna qal li l-fatt li l-bqija tal-pajjiżi li għandhom l-ewro, qablu li jisilfu €80 biljun lil pajjiż li diġà ssellef €240 biljun oħra, hu minnu nnifsu sinjal ta’ fiduċja.