Jinsabu splussivi fiċ-ċentru t’Oslo

Il-Pulizija Norveġiża ilbieraħ sabet apparat splussiv li fiċ-ċentru t’Oslo fin-Norveġja. Qalet ukoll li suspettat qed jinżamm arrestat b’konnessjoni ma’ din is-sejba.
Il-Kap tal-Pulizija, Vidar Pedersen, ikkonferma li l-apparat kien splussiv u li kien defused.
Minkejja dan, il-Pulizija ma tatx dettalji dwar is-suspettati jew iktar informazzjoni dwar l-apparat.
Persuni li kienu fuq il-post spjegaw kif il-parti l-kbira tal-belt kienet evakwata. Il-maġġoranza tar-ristoranti ngħalqu dak il-ħin u pulizija armati daħlu f’kull wieħed biex jispezzjonaw.