Jinstabu oqbra tal-massa f’Tikrit, 1,700 midfuna mill-ISIS

Madwar 1,700 suldat Iraqi li kienu qed jinżammu ostaġġi mill-ISIS instabu midfuna f’oqbra tal-massa fil-belt ta’ Tikrit.
Il-katavri bdew jittellgħu ftit jiem wara li Tikrit intrebħet mill-forzi tal-Gvern fl-Iraq wara assedju ta’ xahar.
Testijiet tad-DNA se jintużaw biex jiġu identifikati l-katavri, hekk kif ħafna mill-familji tas-suldati qatt m’irċevew konferma dwar il-qraba tagħhom.
Is-sit tal-oqbra tinsab qrib kamp tal-armata Amerikana.
F’Ġunju tas-sena l-oħra kien ġie ppubblikat filmat ta' qtugħ ir-ras is-suldati Shia.